Filmat: Briju mill-gallariji fil-Belt Valletta

Għalkemm Malta mhix f’sitwazzjoni ta’ lockdown, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jibqa’ ġewwa, u ħafna Maltin qegħdin jimxu ma’ din ir-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan, iżda, ma jfissirx li m’hemmx għaliex ma jkunx hemm kuntatt bejn il-ġirien.

Iż-żona tal-Arċipierku fil-Belt Valletta lbieraħ filgħaxija kienet mimlija briju meta r-residenti ħarġu fil-gallariji u bdew idoqqu l-kanzunetti u l-marċi tal-festa. Uħud minnhom kellhom anke suffarelli biex joħolqu atmosfera ta’ festa u gost minkejja li magħluqin f’darhom.

Claire Gerada

Posted by Robert Tabone on Saturday, April 4, 2020

Ilbieraħ tħabbru 11-il każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta, biex issa t-total ta’ każijiet huwa ta’ 213.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn