Filmat: Brian May tal-Queen isofri minn attakk f’qalbu

Ritratt: Instagram

Permezz ta’ Instagram il-kitarrist tal-grupp Queen, Brian May, żvela kif jinsab jirkupra wara li sofra minn attakk f’qalbu. Il-mużiċist ta’ 72 sena ħass li permezz tal-filmat li ħareġ dalgħodu seta’ jispjega aktar fid-dettall u b’mod intimu dak li għadda minnu.

Huwa qal ukoll li ddaħħal l-isptar wara li sofra minn uġigħ f’sidru li dam għal xi 40 minuti, f’liema ħin ukoll beda jogħroq ħafna. Kompla jgħid li kien jinsab f’xifer il-mewt.

May qal li t-tobba sabu li kellu tliet arterji li kienu miżduda u permezz tal-intervent mediku huwa issa jinsab ferm aħjar għalkemm qed juża l-krozzi biex ikun jista’ jimmovimenta minn post għall-ieħor.