Filmat: Brazzuletta li tgħidlek it-tarbija hix tieħu nifs

Issa tista’ tkun dejjem taf it-tarbija tiegħek hix qed tieħu n-nifs jew le, f’forma ta’ apparat żgħir li tweħħel mal-ħwejjeġ tat-tarbija tiegħek. Din tibgħat informazzjoni lil brazzuletta għall-ġenitur, u applikazzjoni li jkollok fuq il-mowbajl tiegħek.

Bluebell, kumpanija ġdida li nbdiet minn 3 tobba li huma wkoll ġenituri, għandhom sistema ta’ erba’ affarijiet li jaħdmu flimkien biex iżommu saħħet it-tarbija tiegħek tal-ewwel. Dawn l-erba’ affarijiet huma baby monitor, brazzuletta għall-ġenitur, smarthub u applikazzjoni fuq il-mowbajl.

Il-baby monitor tqabbdu mal-ħwejjeġ tat-tarbija tiegħek, u jżomm kont tan-nifs, temperatura, pożizzjoni, ammont ta’ rqad u kemm tiċċaqlaq. Din l-informazzjoni tasal għandek fuq l-applikazzjoni kif ukoll fuq il-brazzuletta.

Din il-brazzuletta tivvibra u tiġbidlek l-attenzjoni jekk ikun hemm bżonn azzjoni minn naħa tiegħek, u din l-informazzjoni tkun qed tidher uukoll fl-applikazzjoni. Il-brazzuletta iżomm kont ukoll ta’ kif torqod, kemm-il pass tagħmel f’ġurnata, u tħallik tinfurmahha b’kemm il-darba bdilt il-ħarqa, u l-burdati li jkollok matul il-ġurnata.

Apparat imsemmija Smart Hub titpoġġa fil-kamra tat-tarbija fejn tintuża biex tiċċarġja, biex iżomm kont tat-temperatura fil-kamra, u biex iddoqq il-mużika meta jkun ħin l-irqad. Din ukoll iżżomm dawl żgħir mixgħul matul il-lejl.