Filmat: Boris Johnson jerġa’ jsemmi l-obeżità f’Malta

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għal darb’oħra semma’ l-obeżità f’Malta.

Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet mill-MPs Ingliżi fil-parlament, Johnson qal li l-Ingliżi huma aktar ħoxnin mill-bqija tal-Ewropej. Qal li dan apparti mill-Maltin. Żied jgħid li ma riedx joħloq diżrispett lejn Malta u qal li kien qed jitkellem abbażi ta’ x’tgħid l-istatistika.

Johnson kien qed iwieġeb mistoqsija mill-MP tal-partit tiegħu stess Caroline Nokes. Nokes saħqet li l-coronavirus ikollu effetti mhux ekwi, speċjalment fuq il-komunità BAME (Black, Asian, and minority ethnic). Qalet li l-coronavirus taffettwa wkoll b’mod differenti lil dawk li għandhom piż żejjed. Staqsietu dwar il-pjanijiet tal-Gvern f’dan ir-rigward.

Johnson qal li l-Ingiliterra għandha tindirizza l-obeżità. Qal li l-Gvern tiegħu se jkun qed iħejji strateġija dwar dan.

Il-PM Ingliż kien diġà semma’ lil Malta b’rabta mal-obeżità f’Ġunju li għadda.

Filmat: UK Parliament