Filmat: Bocelli f’Malta llejla fuq it-TV

BELIEVE live in Malta

BELIEVE live from Malta To all Malta’s fans, Andrea Bocelli invites you on December 31st at 9pm CET to tune on TVM (PBS Malta) for a special New Year’s Eve Concert.More Networks around the World to be announced soon!Malta Tourism Authority, Visit Malta

Posted by Andrea Bocelli on Monday, December 28, 2020

Read in English.

Illejla fid-9pm, TVM se jkun qed ixandar Believe, produzzjoni ta’ 50 minuta, li nġibdet fil-Belt Valletta f’Novembru bis-sehem ta’ Andrea Bocelli.

Matul dan l-avveniment televiżiv, li mhux se jkun qed jiġi streamed fuq is-sit tal-istazzjon lokali, tinkludi tmien kanzunetti, numru magħżul minn Bocelli b’referenza għat-tmien ponot fuq is-salib ta’ Malta.

Erba’ mill-kanzunetti nġibdu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, filwaqt li l-erba’ l-oħra fil-Forti Sant’ Iermu.

Apparti fuq TVM, dan l-avveniment mużikali se jkun qed jixxandar fuq diversi stazzjonijiet madwar id-dinja kif ukoll fuq il-YouTube Channel ta’ Andrea Bocelli.