Filmat: Bniet villaġġ tal-qtates f’San Ġiljan

Fil-programm tal-lum tas-sensiela Umani, Maria Muscat se tkun qed titratta l-istorja ta’ Roża Zammit Salinos magħrufa l-iktar bħala Roża tal-qtates. 

Roża llum għandha 73 sena u meta għal aktar minn 40 sena ħadmet fl-Universita’ ta’ Malta kienet maħbuba ħafna mill-istudenti għaliex kienet tgħinhom u tfarraġhom, anki billi permezz tal-qtates li tieħu ħsieb, dawn iservu ta’ terapija.

Illum Roża hija magħrufa għall-villaġġ tal-qtates li bniet hi stess f’San Ġiljan, villaġġ li jattira ħafna nies, fosthom familji u turisti.  Roża hija mara soda, b’qalb ħanina ħafna. 

Umani jixxandar nhar ta’ Tnejn fis-7pm fuq TVM.