Filmat: Bloodline wkoll jispiċċaw fuq X Factor Global

Id-duo Bloodline tassew kellhom għalxix jifirħu fl-aħħar sigħat hekk kif il-prestazzjoni tagħhom li rajna l-ġimgħa l-oħra waqt iċ-Chair Challenge tal-gruppi spiċċat fuq is-sit soċjali X Factor Global.

Ritratt: Facebook:/X FactorGlobal

Huma nterpretaw is-silta Poker Face ta’ Lady Gaga, li wasslithom biex jiksbu s-siġġu li tant xtaqu iżda biex jagħmlu dan kellha ssir sing off bejn Reign u D Vision.

Ritratt: Facebook:/Bloodline Music

Samira Cauchi u Julia Balzan huwa ż-żewġ membri ta’ dan id-duo li daħlu għall-kompetizzjoni ta’ X factor b’mod individwali iżda l-erba’ membri tal-ġurija ħassew li jgħaqduhom flimkien għall-Bootcamp.

Intant illum f’The Point f’Tas-Sliema, il-parteċipanti tal-programm X Factor se jkunu qegħdin hemm bejn it-3pm u l-4pm fejn se jkunu qed ikantaw u anki jiltaqgħu mal-pubbliku.