Filmat: Bloodline b’kanzunetta mill-films ta’ James Bond

Id-duo Bloodline fetaħ ir-raba’ live show fit-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta. Akkumpanjati mill-Big Band Brothers huma interpretaw is-silta Diamonds Are Forever ta’ Shirley Bassey, mill-film ta’ James Bond li kien iġib listess isem.

Ray Mercieca faħħar il-kreattività ta’ dawn iż-żewġ tfajliet filwaqt li Ira Losco kkummentat li huma biss setgħu jidħlu fiż-żarbun ta’ Shirley Bassey filwaqt li għal Alexandra din kienet wirja mill-aqwa.

Il-kumment ta’ Howard hu li dawn it-tfajliet baqgħu konsistenti minn ġimgħa għall-oħra.

It-tfajliet ukoll qalu tagħhom u qalu li qed jittamaw li jaslu sas-super sing off biex juru dak li kapaċi jagħmlu.

Jekk tridu tivvuttaw għalihom tistgħu tagħmlu dan fuq 5614401.