Filmat: Bla kliem imma jgħid ħafna…

Għall-bidu tat-Tazza tad-Dinja 2018, in-Netwerk Kontra l-Kriminalità Ewropea (EUCPN), nieda kampanja kontra s-serq waqt avvenimenti kbar.

Il-EUCPN u l-EUROPOL, flimkien ma’ 25 stat membru, inkluż Malta, għandhom it-tir li l-filmat animat li qed joħorġu bħala parti mill-kampanja, isaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità billi jwissi u jinforma liċ-ċittadini dwar kif għandhom jipproteġu ruħhom.

Il-kampanja msejħa #ProtectYourPocket, iffinanzjata mill-Fond ta’ Sigurtà Intern tal-Unjoni Ewropea, tinkludi filmat animat qasir mingħajr kliem li jħaddem xi ftit umoriżmu bit-tir li jolqot udjenza wiesgħa, hu u jipprova jqajjem kuxjenza dwar l-att ta’ kriminalità tal-pickpocketing.