Filmat: Bl-ideat Malta tista’ tħalli impatt fl-UE – Micallef

Il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Robert Micallef qal li permezz tal-ideat, minkejja li hija pajjiż żgħir Malta tista’ tħalli impatt fl-Unjoni Ewropea.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-PE, Micallef qal li l-aħħar 15-il sena tal-isħubija ta’ Malta fi ħdan l-UE għaddew qishom “ħolma”. Qal li l-akbar żewġ sfidi tal-isħubija kienu l-kompetizzjoni fis-suq Ewropew u l-kapaċità amministrattiva.

Micallef qal ukoll li Malta tista’ tkun mudell ta’ prattika tajba għall-UE.

Micallef qal li kien jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea fiż-żmien li fih Malta daħlet fl-UE. Qal ukoll li kien ukoll involut fil-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aktar aħbarijiet mill-kampanja elettorali minn hawn.