Filmat: “Bjorn kollox. Inqum filgħodu għalih”

Ikompli l-proġett fuq Dar Bjorn il-Ġdida li l-għan tagħha huwa li tilqa’ persuni li jbatu mill-ALS, kif ukoll persuni oħra li jbatu minn xi kundizzjoni newroloġika oħra.

Illejla fl-10pm Brian Hansford se jkun qed iwassal programm ieħor mis-sensiela Realtà fuq TVM minn din id-dar f’Ħaż-Żebbuġ fejn se nkunu qed insegwu x-xogħol li għaddej f’din l-istess dar minn għadd ta’ volontieri, fosthom anki minn Maria, il-mara ta’ Bjorn.

Inċidentalment illum ukoll jaħbat għeluq snin Bjorn u proprju f’dan il-jum Bjorn se jkun qed jitkellem dwar dan il-proġett li qiegħed jagħmel ħiltu biex jitwettaq.

L-inizjattivi għal dan il-proġett mhux qed jieqfu hawn u filfatt nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru Xarabank se jkun qed iwassal programm speċjali biex jinġabru aktar fondi għal dan il-proġett.

Fil-filmat li hawn f’din il-paġna tistgħu taraw il-kummenti li tgħaddi l-mara ta’ Bjorn hekk kif taqsam mal-pubbliku dak li hi temmen fih.

Bl-għajnuna tagħna lkoll se nkunu qed ngħinu biex din il-ħolma ssir realtà.

Xarabank jixxandar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru mid-9pm fuq TVM.