Fl-10 jum tiegħu fl-Isptar Mater Dei, Bjorn Formosa li qed jissielet kontra l-marda ALS, għamel appell lill-pubbliku.
Hu talab lil kulħadd sabiex bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej, jattendu għal avveniment għall-familja kollha b’risq DAR Bjorn. L-avveniment li se jkun qed isir fi Pretty Bay f’Birżebbuġa se jkun b’xejn. Iżda kull min jattendi se jkun qed jintalab jagħti donazzjoni skont kemm jiflaħ.
Aqra: “Se nagħmel operazzjoni kbira; tista’ tiswieli ħajti” – Bjorn
Bjorn qal li filwaqt li dawk kollha li jattendu se jkunu jistgħu jesperjenzaw avveniment mill-isbaħ, se jkunu qed jgħinu għexieren ta’ pazjenti li wkoll isofru mill-ALS. Bjorn iddaħħal l-isptar aktar kmieni f’Settembru. Hu għadda minn operazzjoni kbira li setgħet swietlu ħajtu. Jidher li sa issa ma kienx hemm avvanzi fuq is-saħħa tiegħu u għalhekk se jkollu jibqa’ l-isptar.
Aqra: Bjorn anzjuż jistenna riżultat mediku
Propju ftit tas-sigħat qabel, ġiet imħabbra l-mewt ta’ Joe Xerri. Xerri kien residenti f’DAR Bjorn u li tilef il-battalja kontra l-ALS.