​Filmat: Bis-saħħa tal-President joħroġ mill-folla tal-festa ta’ San Ġorġ

Turisti li kienu għal btala f’Għawdex qalu ma’ Newsbook.com.mt li waqt li kienu qegħdin il-festa ta’ San Ġorġ fir-Rabat, assistew għal “xena mhux daqstant komuni.”
Irrakkuntaw kif sewwieq ta’ karozza pprova jgħaddi mill-folla iżda ġie mwaqqaf mill-ewwel mill-pulizija li kien fil-pjazza.
Spjegaw kif dan jidher li ma qatax qalbu, għax malli l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca daħlet fil-karozza tagħha, is-sewwieq tal-karozza privata beda jsuq warajha u rnexxielu joħroġ mill-pjazza hu wkoll.
Filmat: Stephen Hill fuq info@newsbook.com.mt