Filmat: Birdlife Malta tappella biex jingħalaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=MmjsFoRqsng]

BirdLife Malta qed tappella lill-Gvern biex jagħlaq immedjatament l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Fi stqarrija l-għaqda ambjentali qalet li fit-tieni ġimgħa tal-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa diġa nstabu total ta’ 10 għasafar protetti mejta.
Birdlife Malta sostniet li l-Prim Ministru għandu jagħmel bħas-snin preċedenti u ma jittollerax abbuż ta’ dan it-tip.
Fl-istaqrrija l-għaqda qalet li l-aħħar żewġ vittmi tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ta’ din is-sena kienu Bagħdan Aħmar li nġabar minn membri tal-pubbliku fl-Imġarr u Spanjulett Sekond li nġabar mill-Pulizija ta’ Għawdex.
Ritratt: Birdlife Malta