Filmat: “Bir-Renju Unit barra l-UE, Malta jkollha rwol speċjali” – Stellini

David Stellini, kandidat Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew stqarr li jekk ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, Malta jkollha rwol speċjali ħafna fl-Unjoni Ewropea u fil-Commonwealth.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ wħud mill-41 kandidat li qed jaspiraw li jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew, Stellini spjega li dan minħabba li Malta tkun l-unika pajjiż fl-UE, li jagħmel parti mill-Commonwealth u li għandu l-lingwa Ingliża bħala uffiċjali. Żied jgħid li dan f’ċirkostanzi fejn ir-Renju Unit ikun jixtieq jagħmel ftehimiet mad-dinja Għarbija, pereżempju fil-qasam tal-kummerċ.

“Wara l-2020, il-fondi Ewropej se jkunu aktar ddedikati għall-immigrazzjoni u żvilupp. Malta tista’ tattira ħafna skambji ta’ best practices ma’ negozjanti u studenti li jiġu Malta mill-Afrika ta’ Fuq biex jiltaqgħu ma’ negozjanti Maltin u Ewropej. Nibnu soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq”, kompla jgħid il-kandidat Nazzjonalista.

AQRA aktar aħbarijiet dwar l-elezzjonijiet