Filmat: Bint il-PM tħejji l-ħelu għall-ħaddiema tas-saħħa u tat-tindif

Fil-kċina ma' Giorgia 🍪

Xtaqt naqsam magħkom ftit mumenti ħelwin mill-ġurnata li għaddejna Giorgia Mae u jien fil-kċina nippreparaw ħelu għal sħabna fis-setturi tas-saħħa u tat-tindif. Grazzi lil Neriku Catering u Villa Arrigo Boutique Events tal-għajnuna tagħhom biex stajna nagħmlu dan kollu. Ħudu ħsieb xulxin. #ourheroes ♥️🌈Mater Dei Hospital|Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division

Posted by Lydia Abela on Saturday, April 25, 2020

It-tifla tal-Prim Ministru kienet impenjata tipprepara l-ħelu għall-ħaddiema fl-oqsma tas-saħħa u tat-tindif.

Fuq Facebook Lydia Abela, il-mara ta’ Robert Abela, tellgħet filmat tagħha u ta’ Giorgia Mae jsajru l-ħelu. Il-familja Abela xtaqet turi l-apprezzament tagħha għal tant ħaddiema li bħalissa qed jgħinu fil-ġlieda nazzjonali kontra l-coronavirus.

Tellgħet ukoll għadd ta’ ritratti tal-okkażjoni.

Fuq inizjattiva ta’ Giorgia Mae illum żorna l-isptar Mater Dei kif ukoll il-ħaddiema tal-Cleansing Department biex nuru…

Posted by Lydia Abela on Saturday, April 25, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn