Filmat: Billie Eilish tnaqqax isimha fl-istorja tal-Grammy’s

Read in English.

Il-kantawtriċi Billie Eilish, li għalqet 16-il sena f’Diċembru li għadda, rebħet l-erba’ kategoriji l-kbar waqt il-Grammy Awards li saru lbieraħ filgħaxija. Hiaj rebħet il-Best New Artist, Record of the Year, Album of the Year u Song of the Year.

Eilish hija l-iżgħar artista li rebħet l-Album tas-Sena permezz ta’ ‘When We All Fall Asleep, Where Do We Go?’, kif ukoll l-ewwel maar, kif ukoll it-tieni persuna li rebħet ir-Record of the Year, Album of the Year, Song of the Year u Best New Artist fl-istess sena.

Bil-kisba tagħha fil-Grammy’s tal-bieraħ filgħaxija Eilish ħadet post Taylor Swift li kienet l-iżgħar artista li rebħet l-Album tas-Sena meta fl-2010, fl-età ta’ 20 sena rebħet l-unur għall-album Fearless.

Ħu Eilish, il-producer u ko-awtur tagħha Finneas, akkumpanja lil oħtu fuq il-palk fil-mument tar-rebħ tagħha.

‘When We All Fall Asleep, Where Do We Go?’ rebħet ukoll il-Best Pop Vocal Album, biex b’hekk Eilish rebħet b’kollox 5 unuri.

Finneas rebaħ il-kategorija Producer of the Year, Non-Classical from the album, kif ukoll il-Best Engineered Album, Non-Classical. 

Il-lista kollha tar-rebbieħa hija hawn.

Il-Grammy Awards ilbieraħ sellmu wkoll lill-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant, li miet fi kraxx bil-ħelikopter flimkien ma’ bintu Gianna ta’ 13-il sena u seba’ persuni oħra, ftit sigħat qabel ma saru l-Grammy Awards.