Filmat: Bidwi Għawdxi ta’ 19-il sena… ferħan u ottimist

Żagħżugħ Għawdxi ta’ 19-il sena ma kellux kwiet fuq is-siġġu tal-iskola għax il-ħolma tiegħu kienet li jsir bidwi u jaħdem fix-xogħol tal-idejn.
Il-ferħ u l-ottimiżmu kienu l-aktar elementi li spikkaw f’dan il-filmat qasir li juri l-ħajja tal-bidwi Għawdxi minn Għajnsielem.
Fil-filmat li deher fuq Facebook. Zerafa jirrakkonta l-ġurnata tipika tiegħu li tibda minn kmieni filgoħdu fis-6am. Jgħid li x-xogħol jagħtih sodisfazzjon kbir għax jara l-prodotti tiegħu jikbru.
Fuq nota kemmxejn kiebja, Matthew jistqarr li x’ħin jieħu l-prodott Malti fil-pitkalija “ma jġibx flus”. Jgħid li l-Maltin aktar jisteressahom fuq prodott ta’ barra flok prodott Malti.
Permezz tal-kampanja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, Matthew Zerafa wera x-xewqa li jsir jaf iktar kif tista’ tapplika għall-fondi tal-Unjoni Ewropea. Jispjega li b’aktar fondi huwa jkun jista’ jibni razzett skont l-istandards Ewropej.