Filmat: Biċċiet ta’ ħadid jaqgħu minn fuq lukanda f’Tas-Sliema

Żewġ karozzi ntlaqtu hekk kif diversi biċċiet tal-ħadid waqgħu minn għoli fi triq f’Tas-Sliema.

Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq Thorntonf’Tas-Sliema. Kelliem għall-Pulizija qal li l-ħadid hu relatat ma’ xogħlijiet tal-gypsum u waqa’ minn ġo lukanda f’din it-triq.

Il-Pulizija kkonfermaw li r-rapport dwar dan l-inċident sar mill-ħaddiema fuq li kienu fuq il-post.

Filmat: Mark Galea Pace