Filmat: “Bħal ommok mhu se ssib qatt” – Stephanie Spiteri

Dan ghan niesa KOLLHA li jafu jhobbu.. minn qalbi!

Posted by Illum ma' Steph on Friday, May 8, 2020

F’messaġġ imqanqal fuq il-paġna tal-programm tagħha ta’ Illum ma’ Steph il-preżentatriċi Stephanie Spiteri fakkret lil ommha li ħallietna f’Ottubru li għadda.

Għal Stephanie din se tkun l-ewwel Jum l-Omm mingħajr ommha iżda tistqarr li kuntrarju għal dak li kienu qalulha li tħossha aktar f’okkażjonijiet speċjali, hija tiftakar fiha kuljum, waqt li tkun qed issajjar, tnaddaf u anki emta jkollha xi problema.

Hi tistqarr ukoll li ma tafx kif kienet tkun qed taġixxi li kieku ommha għadha ħajja f’dan il-perjodu u am tistax tmur taraha.

Hi tħeġġeġ lil kull min qed isegwi l-filmati biex iċemplu lil ommhom u juruhom li jħobbuhom.

Fuq nota pożittiva oħra, iżda binha Michael ħejja wkoll messaġġ sorpriża għal ommu.

Hu ddeskriva lil ommu bħala persuna speċjali li dejjem iġġib lil ħaddieħor qabel il-bżonnijiet tagħha.