Filmat: “Bħal ma tagħmel jagħmlulek”

Illejla fid-9pm fuq l-istazzjon One se titwassal ir-raba’ puntata tas-serje Game Over b’kitba ta’ Jonathan Azzopardi u produzzjoni ta’ DBA Entertainment.

Illejla naraw x’inhi l-istorja bejn l-aħwa mlaqqma tax-Xhudi u l-klikka ta’ Ġużi? X’ġara fil-passat biex jafu b’xulxin? Jista’ jkun li kien hemm xi konnessjoni fil-qasam tax-xogħol u xxaqqaq xi ħaġa?

Jew forsi kien hemm xi terżi persuni li qalgħu l-inkwiet bejniethom u baqgħu bit-tikketta?

L-episodju tal-lejla se jeħodna fil-passat biex b’hekk tinfetaħ l-istorja ta’ dawn iż-żewġ antagonisti fl-istorja ta’ Game Over.