Filmat: Bħal-lum f’Copenhagen kien inqala’ ġlied kbir qabel il-finali tat-Tazza UEFA

Il-jum tas-17 ta’ Mejju tas-sena 2000 sfortunatament jibqa’ mfakkar fl-istorja tal-futbol bħala l-battalja ta’ Copenhagen, minħabba ġlied kbir li nqala’ bejn partitarji ta’ Galatassaray u ta’ Arsenal qabel il-finali tat-Tazza UEFA li kienet se ssir fid-Danimarka.

19 il-ferriment, inkluż 4 bl-użu tas-skieken kienu rrapurtati.

Il-Galatassaray kienu rebħu l-partita 4-1 bil-penalties.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet illum waqt il-programm Today In History li jixxandar fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.