Filmat: Bezzun ta’ 200 metru waqt Lejl f’Casal Fornaro

Minn xalata ta’ ħobż, għal ħelu mżewwaq b’kull kulur, il-Qriema se jerġgħu jissemmew għall-ħami tal-ħobż, din id-darba f’Lejl Casal Fornaro.

Issa li wasslet fis-seba’ edizzjoni tagħha, Lejl f’Casal Fornaro mistennija tiġbed eluf ta’ nies lejn Ċittà Pinto. Dawk li jattendu se jkollhom iċ-ċans iduqu biċċa minn bezzun twil 200 metru, imħawwar b’ingredjenti lokali.

Qalb rieħa taqsam ta’ ħobż frisk u pasti, Newsbook żgħar il-fabbrika tal-Maypole fejn iltaqa’ ma’ James, furnar li qed iħejji ruħu għal din l-attività tant mistennija. Huwa spjega li biex isir dan il-bezzun, hemm bżonn mal-400 kilogramma għaġina u 250 kilogramma tqiq.

Lejl f’Casal Fornaro se ssir għada, is-Sibt 21 ta’ Settembru fit-toroq ta’ Ħal Qormi. Apparti l-ikel bnin u attrazzjonijiet oħra, se jkun hemm ukoll mużika live minn bands popolari Maltin.