Filmat: Bestja jfittex lil xi ħadd fl-Università ta’ Malta

Bestja ikraħ u tfajla ħelwa se jkunu qed janimaw lil mijiet ta’ persuni flimkien ma’ għexirien ta’ żeffiena, kantanti u atturi oħra.
Dawn kollha se jkunu parti mit-tim ta' produzzjoni tal-kunċert studentesk ta' din is-sena.
Bħal kull sena, ir-rapreżentazzjoni tal-istudenti se jkollha elementi Maltin għalkemm it-tema prinċipali se tkun tal-istorja popolari Beauty and the Beast.
Din ir-rapreżentazzjoni bl-isem ta’ ‘Beutie and the Beast’ se tittella’ nhar is-17, 18 u 19 ta’ April fit-8pm, fit-Teatru ta’ Sir Temi Żammit, fl-Università stess.   
Min jixtieq jixtri l-biljetti għandu jagħmel dan milll-uffiċju tal-KSU fl-Università jew jidħol fuq http://ticketline.com.mt/bookings/Shows.aspx?ProductionId=215.

Filmat: Reel8 Productions