Filmat: Berne jindirizzaw id-destin tal-immigranti fil-mużika tagħhom

Read in English.

Berne, id-duo Malti bbażat f’Londra, llum għadhom kif ħarġu vidjow mużikali ġdid. Oceans huwa vidjow partikolari ;li jinkludi s-sehem ta’ Tyrone Woolfe li tul il-filmat iwassal l-interpretazzjoni tal-litika tal-kanzunetta permezz tal-lingwa tas-sinjali.

Il-kanzunetta tiffokka fuq l-isforz biex jifhmu għala n-nies iħossuhom mhedda mid-diversità. L-istess silta tikkritika s-soċjetà għal mod kif tipproteġi lilha nfisha.

Is-silta Oceans hija wkoll tbesbisa lill-mexxejja Ewropej dwar dak li seħħ bejn Diċembru 2018 u Jannar 2019 meta 32 immigrant tħallew fl-ibħra Mediterranji għal 18-il ġurnata fuq The Sea Watch 3.

Berne huwa ffurmat minn Deborah Borg Brincat u Gianluca Pulvirenti.

Fl-imgħoddi kienu nvoluti flimkien fil-grupp mużikali Bletchley Park u proprju reġgħu ngħaqdu flimkien biex jiffurmaw dan id-duo.

Fil-11 ta’ Novembru hu mistenni li tinħareġ ukoll ir-remix ta’ din il-kanzunetta, maħruġa minn Joanna Åström.