Filmat: Bernard Grech jieħu l-ġurament bħala Membru Parlamentari

Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħa l-ġurnament ta’ ħatra bħala Membru Parlamentari.

Kien il-Prim Ministru Robert Abela skont il-proċeduri parlamentari li ressaq il-mozzjoni ta’ koptjar biex jimtela l-post vakat ilbieraħ fuq id-disa’ distrett minn Ivan J. Bartolo. Il-mozzjoni għaddiet b’mod unanimu mill-Parlament.

Grech irringrazzja lil Adrian Delia u b’mod partikulari lil Ivan J. Bartolo “għas-sagrifiċċju li għamel”. Huwa rringrazzjah tal-possibilità li wettaq xogħol li jkun siewi u denju għar-Repubblika ta’ Malta.

DOI: Kevin Abela

F’diskors qasir, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li f’dawn l-aħħar jiem kellu l-opportunità li jirrifletti ftit dwar ir-rwol ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, li dan ikun verament tal-Maltin u l-Għawdxin. Huwa qal li mhux faċli li jiġbor ħidma ta’ tliet snin fi tliet minuti. Huwa qal li daħal fil-politika biex jaħdem b’mod differenti anki mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni.