Filmat: “Bdejt nirċievi ħafna messaġġi” – Ben Camille

Waqt il-programm tal-lejla ta’ X Factor Malta, Ben Camille tkellem ukoll dwar il-mument li hu waqa’ minn fuq il-palk.

OMG Waqa' Ben! | X Factor Malta Season 02

😲😱😲😱😲😱 OMG WAQA' BEN! 😲😱😲😱😲😱#XFactorMalta

Posted by X Factor Malta on Sunday, November 24, 2019

“Kien mument uniku li mhu se ninsa’ qatt,” beda biex jirrakonta waqt li żied jgħid li kien miexi b’lura meta f’ħin minnhom ħass il-vojt.

“X’kont se nagħmel? Immur f’xi kantuniera waħdi u ninfaqa’ nibki jew nitla’ fuq il-palk,” qal hu waqt li fakkar li reġa’ tela’ fuq il-palk.

Ben żvela wkoll kif meta xxandar dak il-programm partikolari beda jiċievi ħafna messaġġi min-nies li jaf, u anki minn dawk li ma jafx. Qal li kien hemm min ħaseb li hu waqa’ għal tal-apposta.

“Fil-verità ma waqajtx apposta,” ikkonferma hu waqt li qal li qed imur għand fiżjo-terapista biex ifejjaqlu l-uġigħ li huwa għandu fi spalltu!

Nawgurawlu li sal-live shows tal-ġimgħa d-dieħla Ben Camille ma jkun qiegħed isofri minn uġigħ fi spalltu.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għal biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com