Filmat: “Bdejt inħossni li qegħda f’ħolma” – Justine

Ben Camille jiddeskrivi lil Justine Shorfid bħala kaxxa ġenn iktar mis-sena ta’ qabel, meta kienet marret biex tagħti sapport lil ħabiba tagħha.

Dwar l-audition tagħha Justine qalet li din kienet ġurnata li qatt mhu se tinsa’ għax ma stennitx li l-erba’ membri tal-ġurija kienu se jqumu jċaqċpulha malli hija ttemm l-audition.

Għal Justine meta kien imissha fiċ-Chair Challenge kienet determinate li tagħmel l-aħjar li tista’. U fil-fatt intlaqgħet tajjeb ħafna mhux biss mill-pubbliku iżda wkoll mill-ġurija li faħħru fermi l-ġrestazzjoni tagħha.

Għal Justine il-fażi tal-Judges Houses kienet esperjenza differenti u li qatt mhu se tinsa’. Il-fatt li għaddiet għal live shows ifisser ħafna għal din it-tfajla. Fil-fatt hi tgħid li meta saret taf li għaddiet għal-live shows bdiet tara li dak kollu li ħadmet għalih tul is-snin issa beda jsir realtà.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com