Filmat: B’dan il-kalendarju tgħin qtates abbandunati

Is-CSAF (Carers for Stray and Abandoned Felines) ħarġu l-kalendarju għass-ena 2020, li hu kalendarju bi 13-il stampa mill-isbaħ tal-qtates. Jiswa’ biss €4 u permezz ta’ hekk tkunu qed tgħinu lis-CSAF fil-missjoni tagħhom biex jieħdu ħsieb it-300 qattus li huma għandhom.

Jekk tixtieq dan il-kalendarju idħol fil-paġna tas- CSAF u ibagħtilhom messaġġ privat.

Is-CSAF ukoll nediet kompetizzjoni għall-kalendarju tas-sena 2021.

Bejn lejliet il-Milied u fil-Jum tal-Milied, grazzi għall-għajnuna tal-Maltin u Għawdxin li rrispondew għall-appell tagħhom biex ikunu jistgħu jitimgħu ħut u tiġieġ lil dawn il-qtates.

F’messaġġ li tellgħu fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, is-CSAF irringrazzjaw lil dawk kollha li għenu biex għal sena oħra setgħet issir din l-ikla speċjali għal dawn it-300 qattus/a.

Ritratt: Facebook/CSAF

Segwi dan il-filmat waqt li dawn il-qates kienu qed jieklu differenti mis-soltu f’dan il-Milied:

Christmas eve🎅

Best gift in the world is the love of a cat #christmastime #Christmaslove #dinnertime 🎅❤chickenfordinner!😊

Posted by CSAF [Carers for Stray and Abandoned Felines} on Tuesday, December 24, 2019