​Filmat: Bastjan b’togħma mill-album il-ġdid tat-Tribali

Il-grupp Tribali għadu kif nieda album ġdid bl-isem ta’ RABA’. 
Waqt it-tnedija, indaqqet silta ġdida li hi parti mill-album, li ġġib l-isem ta' Bastjan. 
L-isem RABA’ jirrifletti r-raba’ album tal-grupp, li beda l-vjaġġ fl-2006 bl-ewwel album.
It-tieni album ħareġ fl-2009 u t-tielet wieħed fl-2012.
Ma’ Newsbook.com.mt,  Peter Paul Galea spjega kif l-album il-ġdid se jkompli l-vjaġġ ta’ Tribali u se jgħaqqad il-ħsejjes li jinteressaw lin-nies u l-ħsejjes ta’ fejn il-grupp jaħseb li se jmur fil-futur.
“Tiżwiqa bejn l-antik u l-futur”, kompla jgħid Peter Paul, waqt li ħeġġeġ lill-pubbliku, inkluż familji bit-tfal, biex fl-4 ta’ Lulju li ġej jattendu għal kunċert kbir fit-Teatru Grieg f’Ta’ Qali.
Spjega li l-kunċert se jkun ikkaratterizzat minn mużika mwaħħda mal-aspett viżiv.
Il-bibien jiftħu fit-8pm, bil-kunċert jibda fid-9pm.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit ticketline.com.mt jew mill-websajt jew Facebook ta’ Tribali stess.
It-tnedija tal-album, li jinsab għall-bejgħ, saret fl-Olimpus Music Shop fil-Mosta.
Filmat: Ian Noel Pace; Muntaġġ: Stephen Deguara