Filmat: Bastiment mgħobbi bil-karozzi jittella’ mill-qiegħ

Il-Gvern Olandiż qabbad kumpaniji speċjalizzati biex itellgħu minn qiegħ il-baħar bastiment mgħobbi karozzi.
Dan sabiex tiġi eliminata t-theddida fuq l-ambjent u n-navigazzjoni, li qed tiġi kkawżata mit-tifrik u l-karozzi misjuba fil-baħar.
L-inċident imur lura għall-5 ta’ Diċembru 2012, meta bastiment tal-karozzi bl-isem Baltic Ace għereq fil-Baħar tat-Tramuntana b’iktar minn 1,400 karozza abbord.
Dan wara li ħabat ma’ kontejner fl-entratura tal-fliegu prinċipali, li jwassal għall-port ta’ Rotterdam u ħalla 11-il membru tal-epikwaġġ mejta.
Il-vapur li niżel fond ta’ 35 metru, kien ta’ theddida għall-ambjent u għan-navigazzjoni.
Primarjament, il-proġett li beda fl-2014 kellu l-għan li jaqsam il-bastiment f’sitt partijiet kbar u jtellagħhom wieħed wieħed fil-wiċċ. Kellhom ċans li jtellgħuh u jqattgħuh sa Diċembru li għadda.