Filmat: Barbetti joħduna lura għall-1967

Read in English.

Barbetti, l-ewwet kwartet barbershop f’Malta, għadhom kif ħarġu l-ewwel cover single tagħhom: interpretazzjoni ta’ Happy Together, kanzunetta popolari ta’ The Turtles maħruga fl-1967.

Barbetti ilhom stabbiliti taħt il-patroċinju ta’ Studio 18 mill-2017, meta għamlu d-debutt tagħhom permezz ta’ kunċert tal-Milied fil-Każin Malti, l-Belt. Minn dak iz-zmien ‘l hawn, taw prestazzjonijiet ta’ diversi diski popolari minn artisti kkunsidrati ġganti fl-industrija mużikali, bħal Queen, The Beatles, Billy Joel, u anke saħansitra Disney – kollha fl-istil uniku ta’ barbershop.

Barbershop huwa stil ta’ mużika A Capella li tradizzjonalment huwa kantat minn kwartet maskili, jiġifieri dak kollu li ser tisimgħu f’dan il-video huwa magħmul minn vuċijiet – b’mod speċifiku, il-vuċijiet ta’ Luke Hili (it-Tenur), Dario Mifsud Bonnici (il-Prim), James Azzopardi Meli (il-Baritonu), u Daniel Grixti (il-Baxx). Il-kwartet ilu mill-bidu nett taħt it-tmexxija muzikali ta’ Dr Joe Gatt, u dan il-cover single ġie rrekordjat għand Blacklight Studios.