Filmat: Baqa’ 48 siegħa għal Rockestra u l-biljetti ‘sold-out’

Baqa’ biss jumejn għall-ikbar kunċert li jsir f’Malta b’risq il-karità.  Qed nirreferu għal Rockestra, li issa daħal sew fil-kalendarju tal-Maltin u Għawdxin.

Bħalissa taħt it-tinda tal-MFCC f’Ta’ Qali għaddejjin l-aħħar preparamenti biex nhar is-Sibt filgħaxija, is-70 mużicist u l-25 kantant jagħtu spettakklu mill-aqwa.

Qed ikun stmat li b’kollox se jattendu iktar minn 12,000 persuna.

Din se tkun l-aħħar darba li Rockestra se jsir taħt il-patroċinju tal-President George Abela hekk kif f'April li ġej se tiġi fi tmiemha l-presidenza tiegħu.