Filmat: Ban Ki-moon jikkundanna l-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja

Ftit tas-sigħat ilu, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda Ban Ki-moon qal li jekk jiġi aċċertat li s-Sirja użat armi kimiċi, dan se jwassal għal “konsegwenzi gravi u reati kontra l-umanità”.

Il-Ġnus Maqgħuda trid tiċċara mill-aktar fis possibli l-akkużi li qed jagħmlu r-ribelli Sirjani, li qed jallegaw li r-reġim ta’ Assad uża kimika fatali biex toqtol lin-nies ċivili. L-Oppożizzjoni Sirjana qed tgħid li aktar minn 1,300 persuna nqatlu b’armi kimiċi, il-maġġoranza tagħhom huma nisa u tfal.

Minkejja li fuq it-territorju Sirjan diġà hemm rappreżentanti tal-Ġnus Maqgħuda, waqt iż-żjara tiegħu f’Seoul, Ban Ki-moon qal li dawn l-allegazzjonijiet se jiġu investigati mingħajr dewmien.

Filfatt diġà appella lil Gvern tal-President Bashir al-Assad biex iħalli lin-nies tal-Ġnus Maqgħuda jidħlu u jeżaminaw il-postijiet fejn qed jingħaq li ntuża l- fatali, l-aktar fil-periferiji ta’ Damasku.