Filmat: Baglioni u Calleja lesti għal-lejla

Claudio Baglioni, Leona Lewis, Federica Falzon u fuq kollox Joseph Calleja, ippreparaw sew leħinhom biex illejla fuq il-Fosos, jagħtu kunċert mill-aqwa.
Flimkien ma' dawn il-kantanti l-kbar, se jkun hemm l-Orkestra Nazzjonali u anke l-kor tat-tfal ta' Joseph Calleja.
Kif jixhed il-filmat, Calleja u Baglioni se jkantaw flimkien il-kanzunetta sinonima ma' Claudio Baglioni Piccolo grande amore.  
Flimkien ma’ Joseph Calleja se jingħaqad ukoll il-kantant tal-opri Bryn Terfel.
Bħas-sena li għaddiet, il-kunċert se jkun bla ħlas u wara tmiem il-kunċert se jkun hemm servizz speċjali tat-trasport pubbliku.