Filmat: Azzjoni u emozzjonijiet illejla waqt F’Ġieħ L-Imħabba

F'Ġieħ L-Imħabba

L-azzjoni u l-emozzjonijiet se jkunu jinħassu sew illejla waqt it-tmien episodju mit-tieni u l-aħar staġun tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba li jixxandar fuq TVM fid-8.50pm.

Erminia tkellem lil Ġiuseppe dwar Riccardo Fuentes u dwar affarijiet oħra. Għaliex se jinħasad? U għaliex jinsab irrabjat ħafna? Emilio imur ikellem lil Ġużi waqt li kienet fil-kċina. X’qalilha u x’taħseb… tgħid temmnu? Salvatore mar ukoll fil-kċina ta’ Agata biex ikellimha… dwar xiex tkellmu?

Giuseppe ltaqa’ ma’ Gino… x’qallu fuq Emilio Garsena u l-laboratorju tad-droga tiegħu? Sadanittant Sergio u Emilio kienu fil-laboratorju tad-droga… għaliex ħarġu jiġru ‘l barra f’daqqa waħda? Laura nsistiet ma’ Ġużi li l-affarijiet ma’ Emilio kienu aħjar… x’taħseb Ġużi?

Ġużi marret tiġri tfittex lil Berto… x’riedet tgħidlu… u x’qalilha li kien sama’?  Għaliex trid tkellem lil Lorenzo bilfors? Emilio fejn kien qed jistennieha lil Erminia… għaliex ma riedx jitlaq mingħajrha?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

F'Ġieħ L-Imħabba eps 7 recap

F'Ġieħ L-Imħabba jkompli llejla fid-8.50pm fuq TVM. Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra

Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Monday, November 23, 2020

Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla:

Ir-repetizzjoni ta’ dan l-episodju ssir nhar il-Ħadd fil-11.30pm fuq TVM.

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.