Ammont sostanzjali ta’ awrat mejjet inġabar fil-bajja tax-Xemxija. F’ritratti u filmati mibgħuta lil Newsbook.com.mt il-ħut jidher max-xatt.
Il-ġimgħa l-oħra diversi persuni marru x-Xemxija jiġbru l-awrat li spiċċa ttella’ fuq l-art mill-maltemp, hekk kif it-Triq ta’ ma’ Xatt il-Pwales kienet tinsab miżgħuda bil-ħut.
AQRA: Ritratti: L-AFM b’ħidma biex jgħinu bastiment fil-maltemp
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kien qal li kkonfiska numru ta’ ħutiet li nġabru mit-triq wara li wettaq numru ta’ spezzjonijiet it-Tnejn li għadda.
AQRA: Ikkonfiskat ħut li nqabad ilbieraħ
Persuni li kienu x-Xemxija stqarru ma’ Newsbook.com.mt li ħut għamel ir-riħa tinten u li aktarx spiċċa fil-bajja minħabba ir-riħ mill-Majjistral. Huma tkellmu wkoll dwar ħsarat li ġew kawżati mill-maltemp, dawn jidhru wkoll fil-filmat.
Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar il-każ.