Filmat: Avventura ġdida għal Andre Schembri din id-darba fl-Indja

L-eks plejer Nazzjonali Malti Andre Schembri iffirma ma’ Chennnaiyin FC għall-istaġun li ġej. Schembri li għandu 33 sena spiċċa minn ma’ Apollon Limassol f’Lulju li għadda wara li skadielu l-kuntratt. Ma’ Apollon hu għamel sentejn u issa se jkun l-ewwel plejer Malti li se jmur jilgħab ġewwa l-Indja.

Għalkemm il-logħba tal-futbol fl-Indja għadha mhux daqsekk popolari, il-livell qiegħed dejjem jitjieb. Fuq il-paġna ta’ Facebook Schembri qal li kien hemm bosta li saqsewh x’se jkun qed jagħmel wara li spiċċalu l-kuntratt ma’ Apollon. Hu stqarr li fl-aħħar wasal għall-konklużjoni li għandu jingħaqad mat-tim Indjan Chennnaiyin FC.

Qabel ma ħabbar li kien se jirtira mit-Tim Nazzjonali f’Novembru li għadda, Schembri rnexxielu jilgħab mat-Tim 94 darba.