Filmat: Avveniment li għaqqad verament lill-poplu – L-Isqof Awżiljarju

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ddeskriva l-Festa ta’ Ġenerożità bħala avveniment li għaqqad verament lill-poplu Malti u Għawdxi.

L-Isqof kien qed jiġi intervistat minn George Cassar fuq 103 Malta’s Heart propju fil-bidu tas-sena l-ġdida. Fost is-suġġetti li tkellmu dwarhom tkellmu wkoll dwar il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza f’Jum l-Ewwel tas-Sena. Din is-sena l-maratona rat ġabra rekord ta’ ‘l fuq minn €1.3 miljuni.

L-Isqof Galea-Curmi qal li din il-ġabra kienet rigal sabiħ ukoll f’għeluq sninu. Hekk kif hi jiċċelebra għeluq sninu f’Jum l-Ewwel tas-Sena. Spejga li fis-sagħtejn li għamel iwieġeb it-telefowns seta’ jara kemm kienet okkażjoni sabiħa ħafna li turi l-ġenerożità u l-qalb kbira tal-Maltin u Għawdxin. Qal li f’mumenti bħal dawn, il-poplu bħal donnu jagħraf dak li huwa essensjali.

Spjega li d-Dar tal-Providenza tinsab propju fil-qalba tal-ħidma tal-Knisja, li tgħożż il-ħajja umana. Qal li d-Dar taħdem propju fuq dan, l-għożża tal-ħajja umana u tagħmel il-ħidma tagħha b’mod professjonali u tajjeb ħafna. Qal li ta’ spiss ikun humm ristrutturat u tisbiħ tal-faċilitajiet, kif ukoll avvanzar fis-servizzi li tipprovdi. Qal li n-nies jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom lid-Dar għax jafu fejn sejrin flushom.

L-Isqof Galea-Curmi qal kif waqt il-maratona nnifisha kien hemm diversni nies ta’ kull tip, minn kull naħa ta’ Malta. Qal li kien hemm nies bl-ideat differenti tagħhom, miġburin flimkien għax jafu li hemm skop tajjeb wara din il-maratona. Irrimarka li din il-ġabra hija preġju kbir għal Mons. Mikiel Azzopardi li kien waqqaf din id-dar b’fiduċja sħiħa fil-providenza ta’ Alla. Qal li din il-providenza tiġi wkoll grazzi għad-diversi persuni li jagħtu l-kontribut tagħhom.

Kif qatta’ l-aħħar tas-sena l-Isqof Awżiljarju?

Mistoqsi dwar kif qatta’ l-aħħar jum tas-sena u l-bidu tas-sena l-ġdida, l-Isqof Ażiljarju spjega li fl-aħħar tas-sena qaddes mal-Arċisqof Charles Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-quddiesa tat-Te Deum. Wara hu mar id-dar “għall-kwiet”.

Spjega li għal din is-sena jixtieq li jara li ħajtu jkollha aktar bilanċ bejn attivitajiet, appuntamenti, mumenti fis-skiet, talb, riflessjoni u mistrieħ. Qal li jixtieq li jkollu aktar ċans imur jimxi.