Filmat: Avenue Sky iniedu l-ewwel diska oriġinali

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=WS37f0DCxks]

Il-boyband Maltija Avenue Sky nediet l-ewwel single oriġinali tagħha, FireStorm.
Il-grupp huwa magħmul minn Aidan, Andy, Clive, Joseph, Karl u Kevin.
Il-kanzunetta kienet imnedija l-ġimgħa li għaddiet u fl-aħħar żmien ġie mniedi wkoll l-ewwel vidjow bil-lirika tagħha.
Wieħed jista’ jsegwi dan il-grupp fuq Facebook u You Tube. Il-kanzunetta tinsab għall-bejgħ fuq iTunes u Google Play.