Filmat: Avenue Sky bl-Ave Maria ta’ Schubert

Read in English.

F’dawn il-festi tal-Milied, il-grupp Avenue Sky nieda l-verżjoni tiegħu tal-kanzunetta oriġinali ta’ Schubert, Ave Maria.

Fix-xhur li għaddew Avenue Sky ħarġu vidjow mużikali għall-kanzunetta Maltija Sieħbi fil-Cupboard tal-Kċina li oriġinarjament hija kanzunetta ta’ Walter Micallef. Din il-kanzunetta
inħarġet b’messaġġ kontra l-vjolenza u biex tinħoloq aktar kuxjenza fuq l-għajnuna li wieħed jista’ jsib.

Ilbieraħ, 13 ta’ Diċembru 2019, dan il-grupp ħareġ l-Ave Maria sabiex ifakkar it-tifsira vera
tal-Milied, żmien ta’ paċi u ferħ. Jittamaw li din il-kanzunetta tindaqq u tinstemgħa mhux biss fi żmien il-Milied imma matul is-sena kollha.

Radd ta’ ħajr lil dawn in-nies, li mingħajr is-sapport tagħhom dan il-video mużikali ma kienx ikun possibli: Marilyn għall-produzzjoni tal-filmat, Glen Vella minn VocalBooth Studios għall-arranġament vokali, Aldo Spiteri għar-recording tal-vuċijiet u Dun Eucharist mill-Parroċċa ta’ San Bastjan.