Filmat: Attività waħda bejn Lifeline, Sea-Watch u Sea-Eye

Membri tal-ekwipaġġ tal-Missjoni Lifeline, Sea-Eye u Sea-Watch, li huma NGOs li jsalvaw lill-immigranti mill-għarqa, ingħaqdu ma’ bliet Ġermaniżi li qed jieħdu sehem f’Day Orange billi mmobilizzaw f’Malta. Diversi bliet madwar il-Ġermanja qed jipprotestaw għal politika iktar umana rigward r-refuġjati, u kontra l-kriminalizazzjoni tal-NGOs għas-salvataġġ. Huma pprotestaw ukoll kontra Horst Seehofer, il-Ministru għall-Intern tal-Ġermanja, magħruf għall-pożizzjoni tiegħu kontra l-immigrazzjoni.

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-Lifeline, Sea-Watch u Sea-Eye ppubblikaw vidjow fuq Facebook li juri l-attivisti fil-baħar tal-Port il-Kbir, iżommu strixxa tad-drapp. Fuqha hemm miktub “kulħadd għandu d-dritt għall-ħajja.” Il-bastimenti tat-tliet organizazzjonijiet għadhom qed jinżammu Malta, li twaqqafhom milli jkomplu x-xogħol ta’ salvataġġ tagħhom. Il-bastiment tal-Missjoni Lifeline qed jinżamm minħabba li għadu għaddej l-każ kontra l-Kaptan Claus-Peter Reisch fil-Qorti. Seefuchs u Sea-Watch Vessel 3 qed jinżammu wkoll, iżda Transport Malta ma setgħetx telabora fuq ir-raġuni.

Mill-bidu ta’ dis-sena s’issa, 1,500 persuna mietet fil-Mediterran. 850 minn dawn mietu f’Ġunju u f’Lulju.

Seehofer u Uffiċjali tal-EU mistiedna jingħaqdu mal-Missjoni Lifeline

Petizzjoni fuq is-sit Change.org, mibdija mill-Missjoni Lifeline, ġiet iffirmata minn daqs 101,000 persuna. Il-Ministru għall-Intern Horst Seehofer ġie mistieden biex jirkeb mal-membri tal-ekwipaġġ tal-Lifeline biex imur magħhom fuq missjoni tas-salvataġġ fil-Mediterran. Il-bastiment tal-NGO għadu Malta peress li għadu għaddej l-każ kontra l-Kaptan Claus-Peter Reisch fil-Qorti.

Seehofer, li ħa pożizzjoni b’saħħitha kontra l-immigrazzjoni, kien tenna li l-bastiment tagħhom għandu jiġi kkonfiskat, u li għandu jkun hemm investigazzjonijiet kriminali fl-operazzjonijiet tal-Missjoni Lifeline. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-Lifeline diġà kienu stiednu lill-Ministru f’Ġunju billi kitbu ittra.

Nhar l-Erbgħa li għadda, l-bastiment Aquarius telaq mill-Port ta’ Marsilja u qabad triqtu lejn Capo Spartivento, f’Sardinja, fl-Italja. Fl-4 t’Awwissu, l-Aquarius se jkun qed ibaħħar fejn il-kosta tat-Tuneżija u jfittex niwes li għandhom bżonn l-għajnuna. L-Aquarius kien il-bastiment li ħoloq argumenti bejn Malta u l-Italja wara li l-ġiex pajjiżi irrifjutaw li jaċċettaw is-600 immigrant ta’ fuqha. Il-bastiment huwa tal-organizazzjoni SOS Mediterranee.

Fi tweet, il-Missjoni Lifeline ukoll taw stedina lill-Uffiċjali Ewropej biex jieħdu sehem f’missjoni ta’ salvataġġ magħhom.

It-Tnejn, Kevin Kühner, Ċermen tal-Federazzjoni tas-Soċjalisti Żgħażagħ fl-SDP, u Michelle Rauschkolb, parti mis-Soċjalisti Żgħażagħ Ewropej, żaru s-Sea-Watch f’Malta.

Jusos besuchen Sea-Watch auf Malta

Kevin Kühnert, Bundesvorsitzender der Jusos in der SPD, und Michelle Rauschkolb von den Young European Socialists haben uns am Montag auf Malta besucht. Wir haben Kevin gefragt, was die Parteijugend von der SPD erwartet. #TeamMenschenrechte[EN] Kevin Kühnert, Federal Chairman of the Young Socialists in the SPD, and Michelle Rauschkolb of the Young European Socialists visited us in Malta on Monday. We asked Kevin what the party youth is expecting from the SPD in this matter.

Posted by Sea-Watch on Friday, August 3, 2018