Filmat: “Attenta minn dak li tiżra”

Is-sensiela L-Għarusa tkompli tixxandar illejla bis-17-il puntata mit-tieni u l-aħħar staġun.

Arturo jidher anzjuż u mfixkel ħafna wara dak li ġara fil-lejl ta’ qabel u Lucrezia tinduna li ġara xi ħaġa iżda Arturo jgħidilha li issa tard wisq.

Karm imur ifittex lil Abela l-għassa ma Flaminia għax beda jistenniħ jiġi il-lejl ta’ qabel iżda baqa ma tfaċċax, iżda ma jsibux hemm lanqas.

Il-pulizija jtuħ l-indirizz ta’ fejn jgħix u jmur jara jekk ikunx hemm. Arturo jiftaħ qalbu ma Tonin dwar x’għamel u Tonin jiddeċiedi li jgħinu.

Flaminia tmur għall-ħwejjeġ tagħha ġo darha biex tkun tista’ tmur tgħix ma’ Karm u missieru, iżda meta tkun hemm ikun hemm missierha Pietru wkoll u ma tantx jispiċċaw bit-tajjeb.

Tgħid x’ġara?

L-Għarusa għandu produzzjoni ta’ SharpShoot Media fuq kitba ta’ Audrey Brincat Dalli. Jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.