Filmat: Attent kif taqsam! Żagħżugħ jittajjar fil-Gżira

Attent kif taqsam! L-awtoritajiet qed jappellaw sabiex kulħadd joqgħod attent u jħares sew qabel jaqsam wara li fuq il-midja soċjali qed jiċċirkola filmat ta’ inċident li fih ittajjar żagħżugħ fil-Gżira.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ fi Triq D’Argens fejn fil-filmat jidher żagħżugħ li niżel minn fuq il-bankina mingħajr ma ħares fid-direzzjoni minn fejn kienu ġejjin il-karozzi. Kawża ta’ hekk iż-żagħżugħ spiċċa ttajjar minn karozza li kienet ġejja minn warajh.

Iż-żagħżugħ, viżibilment muġugħ, jidher li qam mill-ewwel filwaqt li ħabib tiegħu tah l-ewwel għajnuna.