Filmat: Attent għall-grazzji ta’ madwarek?

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Ġovann Tabone u l-attur Chrysander Agius.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Lq 19, 41-44

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal qrib il-belt ta’ Ġerusalemm u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “Mhux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk! Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.