Filmat: Assassinju Daphne: 12-il siegħa u l-Kummissarju baqa’ sieket – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li 12-il siegħa wara dak li ġie żvelat fit-Times dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia l-Kummissarju tal-Pulizija baqa’ sieket.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li fid-dawl ta’ dan is-silenzju hu se jibqa’ jippersisti li ssir ġustizzja mingħajr aktar dewmien, li toħroġ il-verità.

Din kienet it-tieni darba li Delia tkellem dwar dak li ġie żvelat fil-midja llum. Hu kien qed jitkellem fuq l-istazzjon tat-televiżjoni tal-PN. Qal li stenna biex jara x’kienet se tkun ir-reazzjoni tal-Prim Ministru, tal-Ministru għall-Ġustizzja, u tal-Kummissarju Lawrence Cutajar. Dawn kollha baqgħu siekta.

Fl-2017, aktar minn 6,500 persuna ffirmaw petizzjoni onlajn biex jirriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, għar-raġuni li ma jħossux li qed jgħixu f’sigurtà minħabba fih. L-ittra kienet tgħid li l-unika aħbar kbira li qatt kien involut fiha Cutajar kienet meta kien inqabad jiekol il-fenek waqt li l-każ tal-kumpanija Egrant kien għaddej quddiem għajnejn il-poplu.

​Aktar appelli biex jirriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija

L-istorja tat-Times dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ddominat ix-xena politika. Il-mexxejja taż-żewġ partiti l-kbar wieġbu għal dak li ġie żvelat b’żewġ modi differenti. Filwaqt li Adrian Delia għadda kumment dwar il-Gvern li fil-fehma tiegħu dejjem jipprova jgħatti, Joseph Muscat wieġeb għall-dak li żvelat it-Times b’silenzju.

Assassinju Daphne: X’għamlu differenti Muscat u Delia llum?

Skont rapport fil-gazzetta The Sunday Times of Malta negozjant kbir qed jingħad li huwa wieħed fost tliet persuni li qed jiġu suspettati li kienu l-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-gazzetta kkwotat żewġ sorsi viċin l-investigazzjoni.

Assassinju Daphne: Negozjant kbir fost suspettati – rapport

Ir-rapporteur għall-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia staqsa x’jiġri jekk jirriżulta li l-Ministru Konrad Mizzi jkollu rabta ma’ wieħed mis-suspettati potenzjali.

Omtzigt jistaqsi x’jiġri jekk Konrad Mizzi jkollu rabta ma’ suspettat