Filmat: Arkeologi jsostnu li sabu parti mis-salib ta’ Kristu

Arkeologi u esperti li fil-preżent qed jaħdmu f’sit fit-tramuntana tat-Turkija qed isostnu li sabu parti mis-salib ta’ Kristu.

L-esperti sabu din ir-relikwa waqt li kienu qed iħaffru u l-arkeologi jidher li m’għandhomx dubji u qed isostnu li l-parti li nstabet hija eżattament parti mis-salib li fuqu miet Ġesu aktar minn elfejn sena ilu.

Din is-sejba ferm importanti saret f’parti moħbija fil-ġebel tal-ħitan fil-Knisja ta’ Balatlar fir-reġjun ta’ Sinop fit-Turkija.

Ix-xogħlijiet ilhom għaddejjin fis-sit għal dawn l-aħħar 4 snin.

Fost l-esperti u l-ħaddiema hemm entużjażmu kbir iżda hemm min huwa xjettiku.

Dan għaliex kemm il-darba saru stqarrijiet li taħt l-art instabu partijiet mis-salib ta’ Kristu.