Filmat: Argument bejn 4 persuni fil-Marsa

Argument bejn erba’ persuni fil-Marsa ħalla żewġ persuni feruti ħafif.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fil-11.20pm fi Triq Nikolo Isouard. Il-pulizija spjega li l-għassa ġiet infurmata li kien hemm argument u li x’aktarx intużaw xi skieken.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn instab li qam argument bejn erba’ Sirjani u li ntużat arma taqta’ u bil-ponta kif ukoll xi oġġetti ibsin bħal pajpijiet.