Filmat: Ara x’se jiġri llum fi Ħbieb u Għedewwa

Ħbieb u Għedewwa - Is-sitt u l-aħħar staġun esklussivament fuq Melita More

Kemm ilna nistennew biex naraw kif ha jispiċċa Ħbieb u Għedewwa? Issa nistgħu ngħejdu daqshekk stennejna. Is-sitt u l-aħħar staġun esklussivament fuq Melita More, mit-30 ta' Marzu, mit-Tnejn sal Ġimgħa fl-3.45pm. Mhux ta' min jitiflu! https://www.melita.com/tv/hbieb-u-ghedewwa/

Posted by Melita on Wednesday, March 25, 2020

Wara ħafna stennija mil-lum ikomplu jixxandru l-puntati li jmiss tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa. Dawn se jkunu fuq l-istazzjon Melita More fil-ħin tal-3.45pm.

Spiċċajna l-ħames staġun billi rajna lil Saviour f’tarf l-irdum? Min rah? X’għamel? X’qallu? Tgħid Saviour jibqa’ sejjer bil-pjan tiegħu? Għaliex ħares lura?

Se nkunu qed naraw lil Mark jixrob biex jinsa’ d-dwejjaq tiegħu. X’ġaralu u min se jmur id-dar tiegħu? Carmen lil min se ċċempel? Manwel mar għand Etienne. Għaliex inkwetat ħafna? X’għandha x’taqsam Winnie?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.