Filmat: Ara x’se jiġri fl-episodju li jmiss ta’ L-Għarusa

Wara li llejla fuq TVM xxandar l-ewwel episodju tat-tieni staġun ta’ L-Għarusa, hemm aktar stennija fost it-telespettaturi dwar x’jistennew li jaraw fil-puntata li jmiss.

Inqalgħet kommossjoni sħiħa, bdew ifittxu lil Amadeo filwaqt li Amelia niżlet ħdejh bid-dmugħ f’għajnejha. Liz u Diane narawhom fl-uffiċċju flimkien mar-rappreżentanti tagħhom. Liz qed tistenna apoloġija mingħand Diane – iżda fil-fond ta’ qalbha taf li qatt mhu ser jerġa’ jimxi kollox fuq ir-rubini bejniethom. Iżda l-istorja ma tieqafx hawn. Il-pulizija qed ifittxu lil Manwel. Għaliex? F’hiex daħal? Bejn Bernard u Amelia kien hemm naqra distanza wara li ġara. L-ispettur il-ġdid javħża lill-Familja Gauci Fontana li Fenech Lauri jinsab indispost allura l-każ issa ser jgħaddi għandu. Din l-aħbar Tonin jħoss li hi stramba għall-aħħar.